Illejla, l-aġenzija Infrastruttura Malta se tkompli x-xogħol fuq il-pont pedonali ġewwa l-Blata l-Bajda.
F’kitba fuq Facebook, l-aġenzija qalet li meta possibli, l-għeluq ta’ toroq ewlenin isir bil-lejl.
Dan il-pont il-ġdid tal-ħadid b’disinn għat-tond se jaqsam minn fuq Triq San Ġorġ Preca, ħdejn il-kappella tas-soċjetà tal-MUSEUM, biex jgħaqqad Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun mal-Marsa.