Infrastruttura Malta ħabbret li Triq Ħal Farruġ, li tinsab fil-limiti ta’ Ħal Luqa, se tkun qed terġa tinfetaħ illejla.
Dan wara li matul il-jum tal-bieraħ kien hemm inċident, fejn ħareġ pitrolju f’din l-istess triq.
B’ħidma konġunta bejn l-Enemed, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni ġiet mnaddfa t-triq.
Infrastruttura Malta anke kkonfermat li l-fjuwil li ħareġ u l-materjal li ntuża biex tneħħa ma kkawżawx ħsara fl-asfalt.