L-aġenzija Infrastructure Malta ħabbret li llejla se jsiru xogħlijiet sabiex jirranġaw il-ħsara li ġarbet wiċċ it-triq fil-bypass ta’ bejn il-Marsa u l-Ħamrun.
F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tal-aġenzija ntqal li x-xogħlijiet se jsiru jekk it-temp jippermetti.
Dan se jsir wara l-inċident li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa meta karozza ħadet in-nar.
Intqal li fil-ħin tax-xogħlijiet, it-triq se tkun miftuħa minn korsija waħda.
L-aġenzija temmet tgħid biex wieħed jippjana l-vjaġġ tiegħu minn qabel, waqt li jsegwi l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali minn fuq il-post.