Illejla l-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed jagħżel it-tletin kanzunetta li se tmur għall-Eurovision Song Contest li ġej. Sittax-il kanzunetta se jkunu qed jikkompetu fil-Malta Eurovision Song Contest li se jibda fid-9pm, dirett mill-MFCC f’Ta’ Qali.
Din il-ġimgħa kienet ferm impenjattiva għall-parteċipanti. Ilbieraħ filgħaxija kellhom l-aħħar prova ġenerali fejn il-ġurnalisti segwewha minn kamra apposta u mhux minn ġos-sala. Illejla se jkollna ftuħ li jiċċelebra l-istorja ta’ Malta fil-Eurovision. Intant l-ambaxxatriċi Maltija tas-sena l-oħra Ira Losco, se tkun fost il-mistiedna tas-serata u anki se toħroġ materjal ġdid. Min jirbaħ illejla jmur jirrappreżenta lil Malta fit-tieni semi-finali f’Kyiv.
Interessanti l-fatt li fil-kapitali Ukrena diġà sar darb’oħra l-Eurovision u għal dik is-sena wkoll kienu l-Maltin infushom, mingħajr l-għajnuna tal-ġurija, li f’pajjiżna għażlu l-kanzunetta rebbieħa. L-ordni ta’ kif ħa jitkantaw illejla:
01. Klinsmann Coleiro – Laserlight
02. Raquela Dalli Gonzi – Ray of Light
03. Deborah C u Josef – Tonight
04. Kevin Borg – Follow 05. Jade Vella – Seconds Away
06. Crosswalk – So Simple
07. Franklin Calleja – Follow Me
08. Rhiannion – Fearless
09. Miriana Conte – Don’t Look Down
10. Shauna Vassallo – Crazy Games
11. Janice Mangion – Kewkba
12. Cherton Caruana – Fighting to Survive
13. Maxine Pace – Bombshell
14. Richard Edwards – You
15. Brooke Borg – Unstoppable
16. Claudia Faniello – Breathlessly