Illejla jissokta t-tieni programm ta’ Louise Doneo, Esperti, flimkien mal-mistiedna u l-‘esperti’ ħelwin u bravi tagħha.
Wara nuqqas ta’ ħames snin, Esperti bla dubju huwa wieħed mill-aktar programmi mistennija ta’ din l-iskeda u dan jixhdu ukoll ir-rispons qawwi li kellu l-ewwel programm il-ġimgħa li għaddiet. Esperti huwa garanzija ta’ 25 minuta divertiment u ma jistax ifalli milli iħalli tbissima fuq xufftejn kull min ikun quddiem it-televiżjoni isegwi.

Il-mistiedna ta’ din il-ġimgħa huma l-preżentaturi Ryan u Josmar li ser jikkompetu kontra xulxin meta jipprovaw jaqtgħu x’setgħu kienu r-risposti tal-Esperti għal mistoqsijiet li tkun ippreparat Louise għalihom.
Esperti huwa produzzjoni ta’ Mad Movies Productions Ltd u ONE u jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fit-20:30, b’ripetizzjoni l-għada, l-Erbgħa fis-06:45 u l-Ħamis fl-16:30.