Għall-ħabta tas-19:00 il-Pulizija se tressaq żewġ persuni l-Qorti bħala parti minn investigazzjoni li saret dwar evażjoni tat-taxxa li rapporti qalu li tammonta għal €62 miljun.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li fost l-akkużi hemm dawk relatati ma’ ħasil ta’ flus u irregolaritajiet b’rabta ma’ ħlas ta’ taxxi.
Huma ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Finanzjarji lbieraħ filgħaxija u ġew mitkellma fl-aħħar sigħat.
Aktar qabel il-ġurnal Time of Malta rrapporta li maż-żewġ akkużati tal-lejla, ġew arrestati tliet persuni oħra, fosthom negozjant, kuntrattur u impjegati.
Il-Qorti, li se tiftaħ b’urġenza, se tkun ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella.