Illejla wara l-aħbarijiet, il-programm 360 fuq ONE ser ikun qed jiddiskuti l-aħħar żviluppi fil-Partit Nazzjonalista f’jum meqjus bħala wieħed deċiżiv għall-Kap Adrian Delia.
Fil-fatt illejla fis-19:00 mistenni jitlaqqa’ grupp parlamentari fid-Dar Ċentrali fejn Delia mistenni jaffaċċja vot ta’ fiduċja.
Filwaqt li bosta deputati minn dawk l-imsejħa l-eroj il-blu bdew jikkonfoffaw fuq kif se jtajru lil Delia, in-nies li għadhom leali lejn il-Kap beda jingħadda messaġġ biex illejla jinżlu quddiem l-istamperija u juru li huma wara l-Kap Adrian Delia u mhux se jerħu r-riedni tal-partit kif ġib u laħaq.
ONE News żvela kif fis-sigħat li ġejjin, il-grupp parlamentari Nazzjonalista se jkun qed jisfiduċja lil Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Dan u aktar b’diskussjonijiet ma’ opinjonisti u kollegamenti diretti mal-ġurnalisti tagħna fid-Dar Ċentrali, illejla fuq il-programm 360 fuq ONE.
Titilfuhx.