Illejla fis-6.30 p.m., il-Prim Ministru Robert Abela se jagħti t-tweġiba tiegħu fil-Parlament għad-diskors li għamel ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-Baġit 2025.
Ilbieraħ filgħaxija, Bernard Grech indirizza s-seduta fir-replika tiegħu għad-diskors tal-Baġit, anke jekk f’sagħtejn sħaħ kien biss negattiv jattakka lil kulħadd, inkluż l-akbar miżuri soċjali li sejħilhom bħala “xiri ta’ voti”.
B’rabta mat-tweġiba tal-Prim Ministru, l-istazzjonijiet ONE illejla se jwasslu trasmissjoni speċjali mill-4:30 p.m. b’edizzjoni mtawla tal-programm ‘Bil-Fatti’, ippreżentat minn Claudia Cuschieri u Dorian Cassar.
Biex imbagħad, fis-6.30 p.m., ONE jingħaqad mal-Kamra tar-Rappreżentanti biex ixandar dirett id-diskors tal-Prim Ministru.
Ix-xandira speċjali tissokta wara bil-bulettin tal-aħbarijiet u eżatt wara tibqa’ sejra sal-11:30 p.m., b’analiżi u preżentazzjoni ta’ Rachel Powell.
Aqra wkoll: