Illejla, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel se jkun qed jagħmel żjara uffiċjali f’pajjiżna.
Huwa se jkun qed jiltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela għall-ħabta tas-sitta ta’ waranofsinhar.
Il-President tal-Kunsill Ewropew se jkun qed jiltaqa’ mal-Prim Ministru fil-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt Valletta.
Hemmhekk se ssir laqgħa bejn id-delagazzjoni Maltija u dik tal-Unjoni Ewropea.
Din hija l-ewwel żjara ta’ Charles Michel bħala President tal-Kunsill Ewropew f’Malta.