Fi ftit iktar minn sagħtejn oħra l-Partit Nazzjonalista se jlaqqa’ lill-attivisti fid-Dar Ċentrali.
Laqgħa li se jitkellem fiha l-Kap tal-Partit, Simon Busuttil u li mistennija tkun l-ewwel darba fejn nies li ħadmu fil-każini, fl-ibliet u fl-irħula jinġabru flimkien.
F’mument fejn fid-Dar Ċentrali t-tensjoni hi waħda bla limitu mhux mistenni jonqos is-sefsid fil-widnejn u d-diskors f’kantunieri dwar x’għandha tkun it-triq ‘il quddiem.
Interessanti kif għal din il-laqgħa ma ssejħitx il-midja u one.com.mt jista’ jikkonferma wkoll li għaddej sforz biex ikun hemm turija ta’ appoġġ u apprezzament lejn simon Busuttil.