Għall-ħabta tas-18:30 (ħin ta’ Malta), il-Prim Ministru Malti Robert Abela mistenni jindirizza l-Assemblea tal-Ġnus Magħqdua fl-istat Amerikan ta’ New York.
Il-Prim Ministru f’dawn l-aħħar jiem kellu numru ta’ laqgħat għolja, fejn fost l-oħrajn huwa appella għall-paċi madwar id-dinja.
Ilbieraħ il-Prim Ministru, martu Lydia Abela u binthom Georgie Mae, iltaqgħu mal-President Amerikan Joe Biden u martu Jill Biden.
Segwi dirett l-intervent tal-Prim Ministru Abela u mexxejja oħra dinjin.
Ix-xandir nazzjonali wkoll se juri dan id-diskors b’mod dirett.