Illejla l-Prim Ministru Joseph Muscat se jwassal il-messaġġ tradizzjonali li jimmarka t-tmiem tas-sena u l-bidu ta’ sena ġdida.
Fil-fatt il-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat illejla se jkun qed jixandar fuq l-istazzjon Nazzjonali, TVM, fid-20.40 u se jkun qed jimmarka l-bidu tas-sena 2020.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jagħti ħarsa fonda lejn dak li ġie mwettaq fl-aħħar snin minn dan il-Gvern iżda fuq kollox messaġġ li fih jelenka l-ħidma li trid isir f’pajjiżna fiż-żmien li ġej.
Il-messaġġ tal-Prim Ministru se jerġa’ jixxandar għada fuq TVM f’11:45.
L-istazzjonijiet ONE wkoll se jkunu qed jxandru l-messaġġ tal-Prim Ministru kemm fuq ONE, illejla fid-21:00 u għada fin-12.35 u fis-19.10 u kif ukoll ONE Radio, fejn illum se jkun qed jixandar fid-21:00 u matul il-ġurnata ta’ għada fil-ħinijiet ta’ tat-8.15, it-15.15 u d-20.30.
Il-messaġġ se jkun ukoll disponibbli fuq il-mezzi soċjali.