Illejla l-Prim Ministru Robert Abela jwassal il-messaġġ għas-sena l-ġdida.
Dan il-messaġġ se jixxandar fuq ONE wara l-bullettin prinċipali tal-aħbarijiet.
Il-messaġġ tal-Prim Ministru mistenni jkun iffukat fuq kif pajjiżna mistenni jibqa’ miexi ’l quddiem.
F’filmat qasir li ġie ppubblikat qabel il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru, li joħroġ ftit tas-sigħat oħra, il-Prim Ministru mistenni jitkellem dwar aktar deċiżjonijiet strateġiċi favur il-familji u n-negozji.
“Fejn hemm tagħlimiet x’nieħdu, neħduhom ukoll”, qal Dr Abela f’filmat qasir li huwa togħma tal-messaġġ ewlieni.
Qal li l-2024 għandha tkun sena oħra ta’ bidliet favur ħajjet in-nies li jistgħu jħarsu lejn is-sena l-ġdida b’ottimiżmu.
Dan filwaqt li pajjiżna se jibqa’ jimbotta t-triq tal-paċi f’kuntest li jibda jassumi rwoli importanti fil-fora internazzjonali.
Il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela jixxandar fit-8pm.