F’Lisbona, illejla se tintlagħab il-finali tal-UFEA Champions League bejn Bayern Munich u Paris Saint-Germain.
Bayern Munich, li rebħu din il-kompetizzjoni ħames darbiet jinsabu lura fil-finali għall-ewwel darba mill-2013, wara li fil-kwarti tal-finali rebħu lil Barċellona u Lyon fis-semi finali.
Filwaqt li PSG jinsabu fil-finali għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom, waslu fil-finali wara li fil-kwarti tal-finali rebħu lil Atalanta u RB Leipzig fis-semi finali.
Il-finali tal-Ħadd kellha tintlagħab fit-30 ta’ Mejju li għadda f’Istanbul, iżda minħabba l-pandemija l-aħħar fażijiet ta’ din il-kompetizzjoni ntlagħbu ġewwa l-kapitali Portuġiza, Lisbona.