Illejla fuq ONE se nsegwu episodju ieħor tal-programm ‘Brillanti’ b’fażi ġdida: dik tal-bravura.
Ilejla, ‘Brillanti’ se jdum iktar mis-soltu, b’żewġ programmi magħqudin f’wieħed li fihom it-telespettaturi se jaraw min se jkunu t-tnax il-semifinalist li se jgħaddu għall-fażi li jmiss.
Il-preżentatur, Joseph Chetcuti, spjega x’qed tistenna l-ġurija mill-parteċipanti f’dan il-programm. Qal li din hija fażi diffiċli li fiha se joħroġ il-veru talent ta’ dawk li huma brillanti.
SOT 1
JOSEPH CHETCUTI
IL-PREŻENTATUR TA’ ‘BRILLANTI’
“Għandhom sittin sekonda biss biex juru kemm huma bravi u, apparti minn hekk, iridu jagħmluha bl-amment li, għal kull min hu mużiċist, jaf li m’hijiex ħaġa faċli. Sittin sekonda bl-amment quddiem ġurija bħal m’għandna hija żgur xi ħaġa li ħa tagħti ħafna emozzjoni ħafna eċitament u għalhekk aħna nawgurawlhom ilejla ’l-mużiċisti tagħna.”
Joseph Chetcuti qal li, bħal dejjem, ‘Brillanti’ se jkun mimli emozzjonijiet u li kull min iħobb il-mużika għandu jsegwih illejla fit-8.30pm fuq ONE.