L-akbar kunċert b’xejn fl-Ewropa se jkun qed joħnoq il-Fosos tal-Furjana illejla. L-Isle of MTV ta’ din is-sena se jkun qed joffri xi ħaġa għal kull dilettant tal-mużika kontemporanja, hekk kif dan il-kunċert se jkun qed jara line-up tal-ogħla livell b’talent lokali, iżda wkoll internazzjonali, kif spjega ma’ dan l-istazzjon Russell Samuel, li hu Viċi President ta’ Paramount International.
“So, what we deliver with Isle of MTV is a world class experience for fans across Europe every year. This year we’re delighted; we have three international headliners, so we have something for every type of music fan from returning global icon Nelly Furtado, who has over twenty billion streams and thirty-five million album sales, to RAYE, who is the most in demand artist in the world right now, following all of her record-breaking wins and debut album, that has sold multiplatinum around the world, and DJ Snake, who brings his catalogue of dance hits and collaboration to the stage.”
Din il-konferenza tal-aħbarijiet, sigħat qabel il-bidu tal-kunċert kienet indirizzata wkoll mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija, Carlo Micallef, li sostna kif l-MTA qed taħdem biex is-sajf ikompli jkollu avvenimenti li jattiraw l-eluf, filwaqt li tibqa’ għaddejja l-ħidma fuq avvenimenti tul is-sena kollha.
“Qegħdin naraw li jkollna avvenimenti tul is-sena kollha. Fil-fatt, ħdimna ħafna fuq avvenimenti tax-xitwa u fis-sajf jattiraw iżjed dawk li huma żgħażagħ, li għadhom kif spiċċaw l-eżamijiet, l-Università, li jsiefru ma’ sħabhom għal btala. Dan l-avveniment li hu Isle of MTV, illum qiegħed fis-16-il edizzjoni tiegħu, jattira ħafna żgħażagħ minn madwar id-dinja li jagħmlu l-appuntament kull sena u jiġu f’pajjiżna biex isegwu fost l-aqwa artisti tal-mument.”
Il-Ministru responsabbli mit-turiżmu, Clayton Bartolo, innota kif dan l-avveniment se jkun qed iservi wkoll biex pajjiżna jkompli jiġi espost barra minn xtutna.
“Bħala pajjiż se nkunu qed nieħdu wkoll eluf ta’ ewro worth f’marketing biex aħna, għaż-żmien li ġej, se nkunu qed insaħħu dejjem iżjed l-immaġini ta’ pajjiżna lil hinn minn xtutna, għax dan il-kunċert se jkun qed jintwera lil miljuni ta’ persuni fuq diversi pjattaformi internazzjonali. Għalhekk avveniment bħal dan hu importanti li jkompli jsir, ikompli jsir l-investiment fih, għax minn banda qed noffru prodott turistiku iżjed diversifikat u ta’ kwalità u, mill-banda l-oħra, qegħdin inkomplu nsaħħu l-marketing b’għan innovattiv fuq livell internazzjonali għal pajjiżna.”