Illum mistenni jittieħed il-vot finali dwar Brexit. Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvutaw għal ħabta tas-19:00 tal-lejla fil-Parlament ingliż magħruf iżjed bħala l-House of Commons.
Huma se jivvutaw għall-pakkett li l-Gvern imexxi minn Theresa May ftiehem mal-Unjoni Ewropea dwar il-ħurġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropeja. Dwar dan il-pakkett diħa kien hemm ir-riżenji mill-kabinett ta’ May.
Il-Prim Ministru Theresa May ħeġġet lill-Membri Parlamentari kollha sabiex jappoġġjaw dan il-ftehim, inkella jkunu qed jitradixxu lill-Poplu Ingliż.
Dan għal fatt li diversi Membri Parlamentari mill-Partit tagħha mistennija jaqsmu l-kamra u jivvutaw mal-opożizzjoni kontra dan il-ftehim.