Bejn illum u għada, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista se tkun qed tilqa’ n-nominazzjonijiet għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, kif ukoll għall-ħatra ta’ President, Viċi President, Segretarju Organizzativ, u Segretarju Internazzjonali.
In-nominazzjonijiet jistgħu jinġabru mis-Segretarjat tal-Partit nhar l-Erbgħa u l-Ħamis 21 u 22 ta’ Ġunju 2017, bejn id-9.00 ta’ filgħodu u 7.00 ta’ filgħaxija.
Il-Kummissjoni Elettorali se tilqa’ n-nominazzjonijiet għall-ħatriet imsemmija fil-ġranet tal-Erbgħa u l-Ħamis bejn il-5.30 u 7.30 ta’ filgħaxija fis-Segretarjat tal-Partit fit-tielet sular taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.