Il-kumpanija multi-triljunarja Apple għandha tiżvela l-mowbajl il-ġdid l-Iphone 15 flimkien ma’ prodotti oħrajn fil-kwartieri ġenerali ta’ Apple. L-avveniment se jibda fis-seba’ ta’ filgħaxija ħin lokali ta’ Malta.
Bit-tema ‘Wonderlust’, l-Iphone 15 se jikkonsisti minn 4 tipi differenti; Iphone 15, Iphone 15 Plus, Iphone 15 Pro u Iphone 15 Pro Max.
Sorsi qed jindikaw li dan il-mowbajl se jintroduċi bidliet kbar fid-diżinn tal-Iphone, fosthom l-ikbar bidla, dik tat-tip ta’ charger fejn beħsiebu jinbidel minn ‘Lightining’ għal ‘USB-C’.
Din il-bidla se ssir wara x-xogħol ta’ Alex Agius Saliba, li kien strumentali biex, sena ilu, l-Unjoni Ewropea għaddiet liġi li tirrikjedi lill-manifatturi ta’ apparat elettroniku ġdid li jkollhom USB-C biex jiċċarġjaw.
Il-ħidma ta’ Alex Agius Saliba qanqlet l-interess ta’ waħda mill-ikbar ġurnali tal-Istati Uniti, li faħħru l-impenn tal-Membru Ewroparlamentari, tant li kitbu artiklu ntitolat ‘A Politician in Malta Forced Apple to Change the iPhone’.
Wieħed jista’ isegwi l-avveniment fuq is-sit elettroniku ta’ Apple.