Illejla l-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi mistenni jiġi inawgurat l-akbar investiment infrastrutturali ta’ pajjiżna, il-proġett tal-junction tal-Marsa.
B’investiment ta’ €70 miljun inbnew seba’ flyovers.
B’dan il-proġett, li sar ukoll b’finanzjament ta’ fondi Ewropej, tneħħew it-traffic lights kollha li kienu qed jikkawżaw it-traffiku biex b’hekk issa hemm 12-il kilometru ta’ toroq mingħajr interuzzjonijiet.
Jirriżulta li kuljum, minn din ir-rotta jgħaddu mal-100,000 vettura.
Għal dan il-proġett, Infrastruttura Malta ħawlet aktar minn 18,000-il siġra jew arbuxell.
Hemm ukoll tliet kilometri u nofs ta’ passaġġ għaċ-ċiklisti u żewġ pontijiet biex in-nies jaqsmu t-toroq.
Il-proġett fih ukoll Park & Ride, b’380 spazju ta’ parkeġġ.