Mill-illejla jingħata bidu għad-19-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar. Dan il-festival se jkun qed jibda ġewwa l-lokalità tax-Xagħra, Għawdex.
B’kollox ser jipparteċipaw 6 kmarar tan-nar barranin u kamra tan-nar oħra lokali, dak ta’ Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa.
F’dan il-festivsal se jkun hemm wirjiet pirotekniċi sinkronizzati mal-mużika.
Dan il-festival tan-nar se jkun mifrux fuq erbat’ijiem, jumejn fl-Imqabba u l-Gran Finale li se jsir il-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu fil-Port il-Kbir.
Dan il-festival huwa organizzat mill-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Minister għal Għawdex.