Illejla se tibda d-69 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Basel, l-Iżvizzera.
Dan meta llejla se ssir l-ewwel semifinali ta’ din il-kompetizzjoni segwita minn miljuni ta’ persuni minn madwar id-dinja, fosthom f’Malta.
Fl-ewwel semifinali se jieħdu sehem ħmistax-il pajjiż. Minn dawn iridu jgħaddu għaxar pajjiżi għall-finali.
Dan filwaqt li nhar il-Ħamis li ġej se jsir it-tieni semifinali. F’dan is-semifinali se jieħdu sehem sittax-il pajjiż, fosthom Malta.
Malta, li se tkun irrappreżentata mill-kantanta Miriana Conte bil-kanzunetta “Serving”, se tkanta fid-disa’ post.
Minn dan is-semifinali jridu jgħaddu wkoll għaxar pajjiżi.
Il-finali tal-Eurovision se ssir nhar is-Sibt li ġej.
Ritratt: EBU