Hekk kif imxew ix-xogħlijiet estensivi ta’ titjib fil-Marsa, Transport Malta ser tibda tasfalta Triq l-Ingiered u parti minn Triq il-Marsa. L-ewwel fażi ser tibda llejla bejn is-7.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Waqt il-ħin tax-xogħol, dawn l-inħawi ser ikunu magħluqa għat-traffiku. It-trasport pubbliku u karozzi li jagħtu servizz lir-residenza St. Vincent de Paule u l-Għammieri ser jitħallew jgħaddu minn Ħal Luqa u joħorġu lura mill-istess triq.