Illejla jingħata bidu għal-Logħob Paralimpiku f’Pariġi, logħob li jibqa’ għaddej sat-8 ta’ Settembru u li se jkun qed ilaqqa ’ 4,400 atleta.
Huma se jikkompetu għal 549 midalja fi 22 dixxiplina sportivi differenti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bħal ma’ ġara fil-Logħob Olimpiku ta’ ftit tal-ġimgħat ilu, iċ-ċerimonja tal-lejla se ssir barra minn stadium u kollox se jkun konċentrat fi Place de la Concord. Iċ-ċerimonja tibda għal ħabta tat-8pm.
Malta se tkun rappreżentata mill-paratleti Maja Theuma (Għawm) u Antonio Flores (Athletics Track & Field).