L-aħħar Mass Meeting tal-Partit Laburista għal din il-Kampanja Elettorali li ser issir illejla bejn 16.00 u nofsillejl mistenni jkun l-akbar wieħed li qatt organizza l-Partit Laburista tul is-snin.
Dan hekk kif apparti d-diskors tant mistenni tal-Prim Ministru ser jieħdu sehem tliet artisti internazzjonali flimkien ma’ għaxar DJs lokali.
Il-Mass Meeting ser issir fiż-żona tal-Kwart ta’ Mil f’ Ħal Far u ser ikun hemm arranġamenti speċjali tat-traffiku.