Hekk kif Dr. Joseph Muscat jinsab fl-aħħar jiem tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta kif ukoll mexxej tal-Partit Laburista, illejla se jixxandar dokumentarju li se jfakkar il-ħidma u s-suċċess li Joseph Muscat kiseb għall-partit u l-pajjiż f’dawn l-aħħar snin.
Id-dokumentarju bl-isem ta’ “Joseph Muscat – Is-Suċċess ta’ Moviment – Is-Suċċess ta’ Malta”, ser jixxandar fid-disgħa ta’ filgħaxija fuq ONE.