Illejla, lejliet festa nazzjonali, fis-sitta ta’ filgħaxija se ssir l-aħħar attività tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.
Dan permezz tal-mass meeting bl-isem ta’ ‘Together in Concert’, li se jsir fl-MFCC f’Ta’ Qali.
Hawnhekk se jkun hawn spettaklu mill-aqwa talent lokali u wara l-qofol ta’ din l-attività se jkun id-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Għal dan l-avveniment se jkun hemm l-arranġamenti tat-traffiku biex wieħed jasal hemmhekk.
Id-dħul għal dan l-akbar avveniment ta’ din il-kampanja hu bla ħlas u mingħajr ebda bżonn ta’ biljetti.