Illejla Emma se jkollha sfida kruċjali hekk kif se tkun f’konfront dirett mar-rivali tagħha Carmen Ferreri f’Amici.
Emma se tkun qed tkanta numru ta’ kanzunetti fejn fost oħrajn, Emma se tkanta ma’ Il Volo.
Din mhix l-ewwel darba li Emma kantat ma’ kantanti ta’ kalibru fejn fost oħrajn kienet kantat ma’ Laura Pausini.
Wara l-konfront dirett se jkun qed jiġi deċiż min minnhom se jiġi eliminat u min se jkompli l-avventura tiegħu f’Amici.
Fil-jiem li għaddew ir-record label multinazzjonali Warner urew interess f’Emma.