Illejla l-istazzjon ONE ser ikun qed ixandar edizzjoni speċjali tal-programm 360 fejn se jiddiskuti l-aħħar żviluppi politiċi fil-kriżi tal-Partit Nazzjonalista.
Dan fl-isfond tat-tielet vot ta’ sfiduċja li fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu ttieħed fil-konfront tal-Kap Adrian Delia mill-eżekuttiv tal-Partit. Vot li Delia tilfu 47 b’36 filwaqt li kien hemm biss astensjoni waħda.
360 wara l-aħbarijiet jiddiskuti din id-disfatta oħra għal Delia u t-tentattivi kontinwi mill-fazzjoni li minn dejjem ma felħitux fit-tmun tal-PN.
Titilfuħx.