Illejla fil-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jindirizza l-plenarja f’seduta oħra speċjali dwar il-budget.
Fir-replika tiegħu, Dr. Abela mistenni jippreżenta l-viżjoni tiegħu għall-pajjiż filwaqt li jwieġeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Dan wara li l-ġimgħa l-oħra, il-Ministru għall-Finanzi ressaq il-budget għas-sena d-dieħla.
ONE se jkun qed ixandar id-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela b’mod dirett fis-6:30pm.
Wara d-diskors se jkun hemm bulletin tal-aħbarijiet u eżatt wara programm speċjali b’analiżi tad-diskors tal-Prim Ministru.
Dan il-programm speċjali se jixxandar b’mod dirett minn Manoel Island.
Intant, qabel id-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela se tixxandar edizzjoni speċjali tal-programm Pjazza li se jibda fil-5:45 ta’ filgħaxija.