Għall-ħabta tas-6pm, il-Partit Laburista se jorganizza attività biex tfakkar is-sentejn ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru u Mexxej Laburista.
Din l-attività se ssir biswit il-Berġa ta’ Kastilja b’konformita mal-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawk li se jattendu rriżervaw post minn qabel u jridu juru ċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Fil-fatt, il-postijiet għal din l-attività huma meħuda kollha u min xorta jixtieq isegwi jista’ jagħmel dan fuq l-istazzjon ONE u fuq one.com.mt.