Ghal ewwel darba, madwar 320 atletta li jagħmlu parti minn Special Olympics Malta, permezz tal-iskema ‘Voluntary Organasitions Projects’ ser ikollhom uniformi unika.
Waqt attivita l-erbgħa filgħaxija fejn għaliha kien hemm preżenti l-Ministru Helena Dalli kif ukoll il-president ta’ Special Olympics Malta, is-sinjura Michelle Muscat, l-atleti ngħataw l-ewwel uniformi taggħom.
Il-Ministru Helena Dalli esprimiet sodisfazzjon kbir għal fatt li tara żgħażagħ bhal dawn attivi iżda anke li jilħqu l-potenzjal massimu possibli. Is-Sinjura Michelle Muscat spjegat li dan ikompli jsaħħaħ il-preparazzjoni sabiex l-atletti jiksbu aktar riżultati pożittivi. Uriet ukoll l-apprezament taggħa għall-ħidma li twettaq Anna Calleja, id-direttur ta’ Special Olympics Malta, li minflok użat il-fondi alokati għal progetti oħra, raddet lura dawn il-fondi lill Atleti ta’ Sport Malta.
Fost l-atletti li rċivew din l-uniformi kien hemm l-kategorija tal-Young Athletes, Atletti Ghawdxin kif ukoll dawk tal-kategorija tal-Bowling.