Fl-aħħar jum tas-sena nstabu numru ta’ ljuni u leopard nstabu fi proprjetà fin-Naxxar, f’kundizzjoni ħażina.
Rapporti fil-midja lokali qalu li nstabu erba’ ljuni u leopard f’din il-proprjetà mill-awtoritajiet.
Intqal li marru l-professjonisti, flimkien ma’ membri mill-Korp tal-Pulizija fuq il-post. B’dawn tal-aħħar qegħdin b’sorveljanza madwar din il-proprjetà.
Intqal li l-annimali li nstabu kienu ilhom għal numru ta’ jiem, mingħajr ikel.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.