Bħal-lum sena, propju fil-festa’ ta’ San Pawl nawfragu, kien inkalja it-tanker Hephaestus f’San Pawl il-Baħar f’ċirkostanzi simili ħafna għal ġrajja li wasslet lil San Pawl fostna 1958 sena ilu.
Għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu t-tanker żviluppatlu ħsara teknika, li wasslet biex il-magni jiefqu jaħdmu.
Is-sebà persuni abbord inqabdu f’baħar imqalleb ħafna kawża ta’ maltempata li laqtet lil gżiritna dakinhar.
Il-bastiment dam imwaħħal mal-kosta ta’ Fra Ben fil-Qawra propju sal-festa ta’ Santa Marija fil-15 ta’ Awwissu, meta ntemmet operazzjoni ta’ diversi ġimgħat biex jitneħħa t-tanker.
Eluf ta’ nies kienu kkumentaw li mhux biss it-tanker inkalja fil-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, iżda li nkalja propju fl-akwati ta’ San Pawl il-Baħar, fejn huwa maħsub li ġrat il-ġrajja bibblika.
Intant, tul iż-żmien li għamel nkaljat il-vapur sar attrazzjoni għall-Maltin u għat-Turisti. Mijiet ta’ persuni kienu ħadu xi stessu bit-tanker fl-isfond, filwaqt li deher ukoll f’diversi produzzjonijiet viżivi.