Din hija Rita Farrugia, mara mill-Qrendi li ilha minn meta kellha 14-il sena, jew għal dawn l-aħħar 42 sena, taħdem il-bizzilla.
Għal dawn l-aħħar snin, hija riedet turi x-xogħol mill-isbaħ li tagħmel bl-idejn lin-nies u għalhekk, f’dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa bdiet ittella’ wirja b’xogħlijiet assoċjati ma’ dawn il-jiem.
Iltqajna ma’ Rita fil-post tal-wirja biswit il-Knisja tal-Qrendi, fejn staqsejniha kif ġietha l-ħajra biex tiftaħ dahra għan-nies ħalli japprezzaw xogħlha, fejn qaltilna kif id-din is-sena għalija hija waħda partikolari.
“Il-wirja ħajjarni missieri, kien jarani naħdem ħafna u nħit il-kostumi u qalli għax ma tiftaħx wirja. Hija l-ewwel waħda din is-sena sfortunatament f’Novembru li għadda tlift lill-għażiż missieri, wara marda twila tad-dimensja. Jiena u narma ikun hemm mumenti fejn nitbissem u niftakar f’dawk il-ġranet sbieħ li qattajna flimkien nippreparaw ix-xogħol għall-wirja, imma jkun hemm mumenti fejn taqbadni dieqa kbira u nibki ħafna.”
Rita Farrugia – taħdem il-bizzilla
Ix-xogħol tal-bizzilla xejn mhux faċli u biex tellgħet din il-wirja, lil Rita ħadilha mijiet ta’ sigħat.
“Il-ħinijiet huma tmin sigħat kuljum sena sħiħa, jiġifieri la għandi Sibt u lanqas Ħadd. Noqgħod attenta kif inqassam is-sigħat ħalli ma naħqarx lill-familja tiegħi, għadni familja bħal kulħadd u jrid ikun hemm ħin għal kollox.”
Rita Farrugia – taħdem il-bizzilla
Il-wirja tinsab fi Triq Lourdes, il-Qrendi u għandha miftuħa sal-Ġimgħa l-Kbira, wieħed jista’ jagħmel anke kuntatt fuq 79689333.
Iżda qabel tlaqna lil Ritra staqsejniha x’appell għandha lil dawk li jixtiequ jibdew il-bizzilla.
“Min jixtieq jirrikorri hawn ħafna fejn jitgħallmu l-bizzila, jagħżlu fejn jixtiequ jmorru u ntihom il-parir li jibdewha. Once li tibdiha ma titlaqihx, hija sengħa sabiħa.”
Rita Farrugia – taħdem il-bizzilla