“Din ilha mwiegħda ‘l fuq minn tletin sena; lid-dilettanti tal-Karnival fl-aħħar xi ħadd semagħhom”
Hekk stqarr Jason Busuttil, id-Direttur tal-Karnival, wara li l-Awtorità tal-Ippjanar approva l-pjan għall-villaġġ tal-Karnival.
Huwa proġett ta’ ħames miljun ewro li se jsir il-Marsa, minflok dak li nsibuħ bħala l-garaxx tal-Gvern qrib Albertown. Se jkun hemm 25 maħżen b’għoli ta’ tliet sulari, fejn jistgħu jinbnew il-karrijiet. Il-kumpless se jinkludi workshops anke għal min jaħdem fuq kostumi, għal min ikun irid jipprattika ż-żfin relatat mal-karnival.
F’kumment li tista’ ssegwi hawn, Busuttil spjega li dan ser ikun ukoll proġett turistiku, filwaqt li l-Misnitru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici qal li l-ħolma tal-parteċipanti tal-Karnival qed tersaq pass eqreb lejn ir-realtà.
https://www.youtube.com/watch?v=2nlgJunZygk