Ilejla fuq ONE ikompli l-programm ‘Brillanti’ bl-aħħar fażi tal-provi.
F’dan l-episodju se naraw jindaqqu diversi strumenti mużikali, u l-mistednin jinkludu missier u iben li se jdoqqu l-pjanu u l-perkussjoni.
Dan huwa l-aħħar jum meta ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jistgħu jgħaddu għal fażi li jmiss, il-fażi tal-bravura, fejn il-kompetizzjoni tibda tiħrax hekk kif il-ġurija tibq’a tipprova ssib l-aħjar protagnisti biex jgħaddu għas-semifinali.
Il-preżentatur, Joseph Chetcuti, żvela kif illum, fl-aħħar tal-programm, se jkun hemm sorpriża żgħira li żgur ħadd mhu se jkun qed jistenna.
Huwa qal li, bħal dejjem, ‘Brillanti’ se jkun mimli emozzjonijiet u kull min iħobb il-mużika għandu jsegwih fit-8:30 ta’ filgħaxija fuq ONE.
Qal, “Illum, aktar minn qatt qabel, segwu sal-aħħar parti għaliex ser ikun hemm sorpriża ‘colpo di scena’, kif jgħiduha bit-Taljan, illi jien ma kontx qed nistenniha, u żgur li lanqas it-telespettaturi. Insomma, inwegħdukom emozzjonijiet kbar ħafna. Min se jifraħ, min se jibki, min se jgħid ‘xtaqt li kelli l-opportunità nkompli’, imma żgur żgur li l-programm se jwaħħalkom sal-aħħar għaliex ‘Brillanti’ huwa mimli emozzjonijiet.”