Ġiet imtella’ attività sportiva ġewwa l-Faċilità Young Persons Offenders Unit, magħrufa bħala YOURS, fl-Imtaħleb, fejn ħames players mit-tim nazzjonali, il-kowċ nazzjonali u delegazzjoni mill-Malta Football Association, MFA, ippreżentaw ilbies sportiv u aċċessorji oħra lil dawn iż-żgħażagħ residenti fil-Faċilità.
B’hekk, ir-residenti kellhom ukoll l-opportunità li jiltaqgħu u jitkellmu ma’ dawn il-players.
Id-Direttur tal-Faċilità, Paul DeBattista, irringrazzja lill-President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo, u lil kull min attenda, u wera x-xewqa li jkun hemm aktar kollaborazzjoni bejn il-Faċilità u l-MFA, bħala parti mill-programm edukattiv u ta’ riabilitazzjoni għall-priġunieri żgħażagħ.