Fil-ġurnata tat-Tlieta saru 993 swab test. Dan it-test huwa essenzjali biex jiddetermina jekk persuna hijiex pożittiva għall-Coronavirus jew le.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq is-sit soċjali ta’ Facebook filwaqt li rringrazzja lil dawk il-ħaddiema u professjonisti kollha li jaħdmu f’dawn il-laboratorji.
Dawn il-professjonisti qed joperaw minn tliet ċentri minn madwar Malta u Għawdex; f’Ħal Farruġ, Pembroke u fix-Xewkija Għawdex.