Il-ġurnata tal-Ħamis kienet li iżjed ġurnata sħuna li qatt tkejlet fix-xahar ta’ Ġunju.
Dan hekk kif ftit wara l-ħin ta’ nofsinhar, intlaħqet it-temperatura ta’ 40.2 gradi celsius.
Dan intqal fuq il-paġna tal-midja soċjali ta’ ‘It-Temp Madwarna’, fejn intqal li r-rekord preċidenti għal dan tal-Ħamis kien ta’ 0.1 grad celsius inqas.
Dan kien intlaħaq f’Ġunju tal-1997.
Intqal ukoll kif it-temperatura tal-bieraħ kienet 11-il grad celsius ogħla mill-medja tal-aħħar ta’ Ġunju.
Matul il-jum tal-Ġimgħa, din il-mewġa qawwija se tkompli tippresisti, hekk kif l-ogħla temperatura se tilħaq id-39 gradi celsius, filwaqt li l-inqas temperatura se tkun ta’ 26 gradi celsius.