Il-kantanta Chrystabelle tat wirja mill-aqwa tad-diska l-ġdida tagħha, Never Gone. Din hija silta li għamelt b’kollaborazzjoni ma’ producer tal-mużika minn Hollywood, Geo Slam. Dan ħadem ma’ diversi artisti kbar fosthom il-grupp One Direction, Usher, Lady Gaga, Jennifer Lopez, Pitbull u Enrique Iglesias.
Ngħidu li kienet wirja ta’ moda wkoll għaliex Chrystabelle libset libsa tad-duo Malti Charles and Ron, imdawwar b’żeffiena ħafjin, ilkoll bl-iswed.
Kienet Chrystabelle li wittiet it-triq għal wirjiet ta’ artisti kbar internazzjonali.