Il-billboard tal-Partit Nazzjonalista għadu hemm.
Wara l-appelli li saru mill-Fondazzjoni ta’ Valletta 2018 biex jitneħħew il-billboards li hemm fil-foss ta’ San Ġakbu, il-Partit Laburista neħħa tiegħu immedjetament.
Iżda għall-Partit Nazzjonalista, l-appell waqa’ fuq widnejn torox, u biddel il-wieħed li kellu qabel ma’ wieħed ġdid, li fih, ironikament, jidher il-Prim Ministru jsodd widnejh.
Iċ-chairan ta’ V18 Jason Micallef reġa’ appella biex dan jitneħħa, għall-ġid tal-patrimonju nazzjonali.