L-għaqda dinjija tas-saħħa qed twissi li s’issa ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-Coronavirus ma jistax jerġa’ jinfetta individwu iktar minn darba. Dan wara li bosta gvernijiet bdew jitkellmu dwar il-possibiltà li jkun hemm ‘passaport ta’ immunità’.
Fir-Renju Unit, is-Segretarju għas-Saħħa Matt Hancock, appella biex min fieq mill-virus u jintalab ipoġġi għall-provi kliniċi sabiex jittieħdulu xi ċelloli, jaċċetta ħalli dawn jintużaw fit-trattament ta’ pazjenti infettati. Hancock li wkoll fieq mill-virus tella’ ritratt fuq twitter waqt li kien qed jagħmel it-trattament.
‘Sadattant, iktar minn 20,000 ruħ tilfu ħajjithom bil-Coronavirus fl-isptarijiet tar-Renju Unit.
L-aħħar figuri juru total ta’ 20,319–il mewt fir-Renju Unit.