L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa wissiet li l-pandemija se tibqa’ magħna sena iktar milli hemm bżonn minħabba li pajjiżi foqra mhux jingħataw it-tilqim li għandhom bżonn.
Fl-Afrika, aktar minn ħamsa u disgħin fil-mija tal-popolazzjoni għadha mhix imlaqqma kontra l-COVID-19, filwaqt li f’kontinenti oħra hemm madwar erbgħin fil-mija tal-popolazzjoni li hija mlaqqma.
Il-WHO appellat lill-pajjiżi sinjuri biex jagħtu sehemhom fl-għoti tal-vaċċin lill-pajjiżi foqra.