L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa appellat biex nies mhux imlaqqma li huma vulnerabbli jew li jħossuhom ma jifilħux, jipposponu s-safar.
Fl-aħħar avviż tagħha dwar l-ivvjaġġar, l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda nkludiet f’din il-kategorija nies li għandhom aktar minn sittin sena u persuni b’diversi kundizzjonijiet, bħall-mard tal-qalb, kanċer jew dijabete.
Dan l-avviż ħareġ fost tħassib minħabba l-varjant il-ġdid, Omicron.
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet ukoll li d-deċiżjonijiet ta’ ċertu Gvernijiet, li jipprojbixxu l-ivvjaġġar, mhux se jipprevjenu t-tixrid tal-varjant.