L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, iddikkjarat l-ammont sinifikanti ta’ każijiet ta’ mpox dan l-aħħar madwar l-Afrika bħala emerġenza għas-saħħa pubblika għad-dinja kollha.
Din id-dikjarazzjoni saret b’mod konċunt maċ-Ċentri tal-Kontroll u l-Prevenzjonali tal-Mard fi’pajjiżi Afrikani hekk kif il-Congo huwa l-epiċentru tal-varjant il-ġdid li nstab.
B’reazzjoni għal dan, l-aworitajiet Ewropej qalu kif se jkunu qegħdin jibgħatu mal-mija, ħamsa u sebgħin elf vaċċin fir-reġjun miltqut, bil-WHO tgħid li għandha bżonn aktar minn tlettax-il miljun ewro u nofs biex tikkumbatti l-mpox. Madanakollu s’issa irnexxilha tiddedika ftit aktar minn miljun ewro minn riservi ta’ emerġenza.
S’issa ġew irrapurtati mal-erbatax-il elf każ u aktar minn ħames mitt persuna tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għal dan il-virus.