L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li għadu kmieni biex il-Covid-19 ikun trattat bħal riħ.
Id-Direttur tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fl-Ewropa, Hans Kluge qal li fl-ewwel ġimgħa tal-2022 ġew irreġistrati aktar minn seba’ miljun każ ġdid ta’ Covid-19 fl-Ewropa.
Huwa qal dan it-Tlieta waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Id-Direttur tal-WHO fl-Ewropa qal li għadu kmieni biex dan il-virus ikun trattat bħal riħ, minħabba li l-varjant Omicron mistenni jinfetta nofs il-popolazzjoni fil-kontinent Ewropew.
Huwa qal kif dan qed ikun imbassar minn esperti mediċi u dan mistenni jiġri fi żmien ta’ tmien ġimgħat.