L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, approvat il-vaċċin Ċiniż ta’ kontra l-Covid-19 tal-kumpanija Sinopharm.
Dan huwa l-ewwel vaċċin li ġie żviluppat f’pajjiż mhux Ewropew u li sab l-approvazzjoni tal-WHO.
Il-vaċċin tas-Sinopharm diġa’ ngħata lil miljun ta’ ċittadini Ċiniżi.
Apparti dan il-vaċċin, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa kienet approvat ukoll il-vaċċin tal-AstraZeneca, Pfizer, Moderna u Johnson and Johnson.