Il-kontinent Ewropew għal darb’oħra jinsab bl-ogħla infezzjonijiet tal-COVID-19.
Hekk wissiet l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, il-WHO.
Id-Direttur Reġjonali tal-WHO, Hans Kluge wissa dwar l-imwiet mill-Covid-19.
Huwa qal li ż-żieda fil-każijiet huma kawża nuqqas ta’ nies li ħadu t-tilqima.
Kluge tenna li l-pajjiżi ma jistgħux jibqgħu reattivi għall-virus, imma jbiddlu l-pjanijiet sabiex jipprevjenu t-tixrid tiegħu.
Fil-fatt, bosta pajjiżi Ewropej għandhom rata baxxa ta’ tilqim biż-żewġ dożi.
Fi Franza tlaqqmu 68% tal-popolazzjoni bit-tieni doża, filwaqt li fil-Ġermanja huma 66% biss li tlaqqmu kompletament.