Il-White House qalet li mhux se tikkopera fl-inkjesta li hemm pendenti kontra l-President Donald Trump għaliex skont il-Gvern tal-pajjiż, l-akkużi kontra Trump huma bla bażi u kostituzzjonalment invalidi.
Trump bħalissa qed ikun investigat minn tliet kumitati mmexxija mid-Demokratiċi dwar allegat indħil Russu fl-elezzjoni tal-2016 kif ukoll kellux xi interess li jkun investigat Joe Biden, li bħalissa jinsab fit-tellieqa għat-tmexxija tad-Demokratiċi Amerikani.